Wara li meta tressqu l-Qorti fil-bidu ta’ dan ix-xahar żewġt irġiel barranin ingħataw il-libertà proviżorja fuq argument jaħraq li żviluppa fl-aħħar ta’ Mejju fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu f’Paceville, u li fih, allegatament intużat xabla fost oġġetti oħra, l-akkużati baqgħu jżommu dan id-dritt minkejja l-Appell tal-Avukat Ġenerali biex dan jiġi revokat.
Mohammed Alli Al Musrati, Libjan ta’ 36 sena, u Hossein Oumoueimilan, Iranjan ta’ 24 sena, qed jiġu mixlija li kkaġunaw ġrieħi gravi lil żewġ barranin oħra waqt ġlieda, li kienu fis-sakra u li kisru l-mistrieħ tan-nies b’għajjat, ġlied u storbju. Il-Libjan u l-Iranjan li għaddejin proċeduri l-Qorti qed iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi bil-kumpilazzjoni mistennija tkompli l-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju fon-12.30pm.
Sadanittant l-Imħallef Aaron Bugeja li sema’ l-Appell tal-AĠ ġibed l-attenzjoni għall-fatt li n-notifika dwar l-appell għandu terminu ta’ mhux aktar minn ġurnata xogħol, u li dan ma seħħx, punt li tqajjem mid-difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb.
Fuq dan il-punt il-Qorti qalet li huwa minnu li dan l-obbligu tan-notifika, mhuwiex obbligu tal-Avukat Ġenerali iżda fuq ir-Reġistratur, Qrati u Tribunali Kriminali. Għaldaqstant qal l-Imħallef Bugeja dan l-iżball huwa attribwibbli lir-Reġistratur.
Fuq dan il-punt id-difiża ġibdet l-attenzjoni li l-AĠ irċieva tali deċiżjoni dwar l-appdellabilità fit-3 ta’ Ġunju flok fit-2 ta’ Ġunju u li dan sarraf fil-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex l-AĠ ikun jista’ jappella mid-deċiżjoni. Il-Qorti tal-Appell qalet li kieku l-iżball sar mill-AĠ inniffsu l-istorja kienet tkun waħda differenti.
Fil-konfront ta’ Mohammed Alli Al Musrati l-kundizzjonijiet tal-pleġġ baqgħu mhux mittiefsa fejn kienet imponuta fuqu garanzija personali ta’ €5,000. Fir-rigward ta’ Hossein Oumoueimilan li kellu l-istess kundizzjonijiet ta’ Musrati, l-Qorti għamlet varjazzjoni fis-sens li dan irid jiddepożita s-somma ta’ €4,000 u jagħmel garanzija personali ta’ €6,000.
L-Imħallef Aaron Bugeja qal li l-Qorti tal-Maġistrati ma kinitx żbaljata li tikkonċedi l-ħelsien mill-arrest fid-dawl tal-argumenti preżentati lilha mid-difiża u l-prosekuzzjoni. “Li fost setgħet għamlet kien li setgħet tat iżjed żmien sabiex il-prosekuzzjoni tkun laħqet ikkonsolidat il-provi quddiemha kif ukoll li tintraċċa li t-terza persuna nvoluta f’dan il-każ, iżda baqgħet mhux identifikata.
Dan kien inaqqas mir-riskju ta’ intralċ mal-kors tal-Ġustizzja. Mill-banda l-oħra l-vittmi f’dan il-każ kważi xehddu kollha, u li l-akkużati ilhom barra sa mill-1 ta’ Ġunju, f’liema żmien kellhom iżjed minn opporunità, li, jekk ried setgħa avviċina lit-tielet persuna li għadu ma nqabadx.
Fil-kumpilazzjoni l-prosekuzzjoni kienet ikkonfermat li raġel li kien involut fi ġlieda bejn żewġ gruppi ta’ barranin waqt kommossjoni f’Paceville u li kien fil-pusses ta’ xabla għadu jiġri barra għaliex baqa’ ma ġiex identifikat. Lanqas ix-xabla li ntużat baqgħet ma nstabet.
Il-Libjan akkużat jaħdem bħala Supervisor f’ħanut u huwa residenti s-Swieqi filwaqt li l-Iranjan li huwa student joqgħod tas-Sliema. Huma qed jiġu akkużati li nhar it-Tlieta 31 ta’ Mejju għall-ħabta tal-5.00 pm. ikkaġunaw feriti gravi fuq tliet persuni u li ħebbew għalihom u għal persuni oħra.
L-inċiident seħħ għall-ħabta tal-4.00am. meta grupp ta’ barranin li numru minnhom huma ta’ nazzjonalità Brittanika iltaqgħu maż-żewġ akkużati u persuni oħra li għada qed tiġi mfittxija mill-Pulizija u għal xi raġuni li lanqas waqt ix-xhieda ma ġiet spjegati spiċċaw jikkonfrontaw lil xulxin fejn intużat xabla u xixa tal-ħġieġ.
Peress li l-allegati vittmi jridu jitilqu minn Malta l-Qorti mill-ewwel kienet semgħet ix-xhieda tagħhom. Ix-xhieda qalu li wħud minnhom kienu akkumpanjati minn nisa tagħhom li twerwru meta raw raġel b’xabla kbira u ieħor b’xixa. Persuna mill-allegati vittmi spiċċat mimlija dmija minħabb qata’ f’idejha u nlaqtet ukoll f’rasha u dan meta pprova jieħu x-xabla mingħand l-aggressur.
L-Ispettur Jean Paul Attard kien spjega li kien għall-ħabta tal-4:15am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument bejn diversi persuni fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan. Il-Pulizija tad-Distrett, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, marru fuq il-post fejn minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien qam argument bejn diversi rġiel.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u numru ta’ ambullanzi li ħadu Libjan ta’ 36 sena, Iranjan ta’ 24 sena, Ingliż ta’ 28 sena u raġel ieħor, li l-identità tiegħu għadha mhiex magħrufa, l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi. Wieħed minnhom għadu rikoverat l-isptar.
Xhud fil-każ qal li huwa kien qed jipprova jikkalma s-sitwazzjoni u tennali wieħed mill-aggressuri kien fejn ix-Xixa kafe. u li raha wieħed mill-irġiel li kien neħħa l-flokk. Tenna li raġel ieħor kellu flokk iswed u kellu xabla bil-blade itwal minnu.
It-tielet persuna li għadha mhix identifkata dehret fuq is-CCTV iżda ma tant hija identifikabbli minħabba li kellha parti minn wiċċha mgħotti. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Jean Paul Attard filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Francesca Zarba huwa l-avukati difensuri.
//= $special ?>