Lokali

Il-Jum Dinji ta’ għarfien dwar it-Tourettes

Is-7 ta’ Ġunju tfakkar il-Jum Dinji dedikat ghall-kundizzjoni tat-Tourettes… kundizzjoni rari li taffettwa 1% tal-popolazzjoni dinjija.

Net News tkellem ma’ James Cropp Stanmore, persuna li jbati minn din il-kundizzjoni. Huwa saħaq li dawk imsejħa ‘tics’ huma bħal sensazzjoni li wieħed iħoss; bħal meta  persuna jkun ser jagħtas.

James kompla jgħidilna kif l-ansjeta hija fattur importanti f’din il-kundizzjoni… għaliex meta wieħed ikun anżjuz.. is-sintomi jiżdiedu.

James tkellem magħna dwar kif illum il-ġurnata tgħallem jgħix b’din il-kundizzjoni u bidel l-istil ta’ ħajja kif jgħix b’mod li sar jagħmel ħafna eżerċizzju fiżiku.

Sfortunatament, minħabba li James ibati mit-Tourettes, tul is-snin għadda minn esperjenzi xejn sbieħ… Fl-aħħar nett, James xtaq jgħaddi messaġġ lil dawk l-individwi li jbatu minn din il-kundizzjoni imma li jistħu jitħalltu fis-soċjeta’.