Il-kwistjoni tal-maskri fl-Italja għadha waħda li qed tiddomina l-aħbarjiet hekk kif fl-aħħar sigħat ġie deċiż li l-istudenti mhux se jkunu qed jużaw il-maskri protettivi waqt l-orals li se jkunu qed isiru, iżda jridu jilbsuhom meta jkunu qed jistennew.
Din l-aħbar ħarġet wara kontroversja kontinwa fl-aħħar jiem hekk kif ħafna studenti esprimew ir-rabja tagħhom li biex jitkellmu riedu jilbsu maskra… meta xorta se jkun hemm żewġ metri distanza bejn l-għalliem u l-istudent.
Il-bord tal-matrikola fl-Italja xorta insista li waqt l-eżami bil-miktub, l-istudenti u dawk kollha fil-kamra għandhom jilbsu l-maskri.
Esperti Taljani qed iwissu li l-Covid jaf jerġa’ jgħolli rasu, bil-Ministru Speranza jappella għall-kawtela.
//= $special ?>