Lokali

“Il-pazjenti qishom qegħdin f’camp site”

Il-pazjenti spiċċaw qishom qegħdin f’camping site… spiċċaw tilfu d-dinjità tagħhom.

Kien dan is-sentiment komuni espress minn numru ta’ persuni li tkellmu ma’ Net News dwar il-mod kif qed jiġu trattati l-qraba tagħhom waqt li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.

Jidher li fis-sala MIU6 fl-Isptar Mater Dei… imsejħa l-incidents ward… il-pazjenti qed ikollhom juzaw mobile shower sabiex jinħaslu. Dan minħabba li din is-sala kellha tinbidel f’ward wara li fil-passat kienet tintuza bħala canteen.

Konsegweza ta’ dan, din il-ward mhix attrezzata b’affarijiet bazici li jkollhom bzonn il-pazjenti… fosthom toilets.

Meta l-pazjenti jkollhom bzonn juzaw it-toilet, dawn qed ikollhom jimxu numru ta’ metri sempliciment biex jaqdu l-bzonnijiet tagħhom. Xi haga deskritta bhala inumana, fejn il-pazjenti qed jispiċċaw jitilfu d-dinjita tagħhom.

Jidher ukoll li f’din il-ward lanqas biss hemm purtieri divizorji sabiex il-pazjenti jkollhom ftit privatezza. Il-qraba u l-pazjenti rikoverati f’din is-sala u li tkellmu ma’ dan l-istazzjon…. qed jitolbu sabiex ikunu trattatti b’iktar dinjita, u li jingħatalhom servizz kif inhu xieraq.

Dwar din l-istorja kiteb ukoll id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia fejn qal li dan huwa każ ieħor fejn qed ikomplu jitberbqu l-miljuni u ċ-ċittadin jispiċċa jiġi dejjem l-aħħar.