Futbol Sport

It-tim Malti jitlef b’gowl fl-aħħar sekondi

Malta……………1

Estonja………….2

Malta: H. Bonello, R. Camenzuli, S. Borg, M. Guillaumier (D. Vella 80′), J. Mbong, J. Degabriele (L. Gambin 80′), B. Paiber, E. Pepe, A. Satariano (L. Montebello 69′), T. Teuma, J. Borg (Z. Muscat 84′)

Estonja: K. Hein, M. Paskotsl, J. Tamm, K. Mets, T. Teniste, M. Kait, K. Vassiljev (M. Miller 90′), M. Soomets, K. Kallaste, E. Sorga (H. Anier 60′), R. Kirss (S. Zenjov 60′)

Referee: B. Madden

It-tim Malti tilef bl-iskor ta’ 2-1 kontra l-Estonja b’gowl fl-aħħar sekondi fit-tieni partita minn Grupp 2 ta’ League D tal-UEFA Nations League. It-tim nazzjonali Malti kellu bidu mill-aqwa u seta’ mar fil-vantaġġ wara kwarta logħob meta Teniste deher imiss l-ballun b’idu fil-kaxxar bir-referee jordna penalty. Minn ħdax-il metru, Teddy Teuma ra lil Karl Hein isalva mingħajr diffikultà.

Wara dan l-episodju, l-Estonja kienu aħjar u kien il-midfielder Konstantin Vassiljev li għeleb lil Bonello b’konklużjoni preċiża. Fit-tieni taqsima, Malta ħarġet xi ftit aħjar u kien fl-54 minuta li minn pass ta’ Teddy Teuma, Jurgen Degabriele ra lil Karl Hein idawwar f’corner. Mill-istess corner, Jurgen Degabriele rnexxielu jiskorja b’mod dirett, bil-gowlkiper jonqas milli jtajjar. Bil-partita tidher destinata għal draw, f’kontrattakk veloċi kien Henri Anier li skorja dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv.