Lokali

Joħorġu mill-isptar it-3 irġiel li weġġgħu fl-isplużjoni tas-Sibt li għadda

L-Erbgħa ħarġet l-aħbar li ħarġu mill-isptar Mater Dei t-tlett irġiel li s-Sibt li għadda ġarrbu ġrieħi fl-isplużjoni li seħħet fil-kumpless tan-nar ta’ Santa Marija fil-limiti tal-Mosta.

https://www.facebook.com/Socjetapiroteknikahmistaxtaawwissu/posts/531412085391533

Permezz ta’ post fuq Faceboook is-Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu qalet li t-tliet membri, fejn anki tnejn minnhom sofrew xi ksur u ħruq m’għadhomx aktar rikoverati l-isptar u ngħaqdu ma’ qrabathom.

Fil-kitba tagħha is-Soċjetà rringrazzjat lill-ħaddiema kollha tas-settur pubbliku u lil dawk kollha li għenu lill-vittmi u kif ukoll lill-membri tal-kamra tan-nar.