Il-Parlament appoġġja l-istandards riveduti tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief, parti mill-pakkett “Lesti għall-55 fl-2030”.
F’votazzjoni plenarja nhar l-Erbgħa, l-MEPs adottaw il-pożizzjoni tagħhom dwar ir-regoli proposti biex jiġu riveduti l-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet il-ġodda bi 339 vot favur, 249 kontra u 24 astensjoni.
Bit-test adottat, li jikkostitwixxi l-pożizzjoni tal-Parlament biex bih jinnegozja mal-Istati Membri, il-MPE jappoġġaw il-proposta tal-Kummissjoni biex sal-2035 tintlaħaq mobilità tat-triq b’emissjonijiet żero (mira għall-flotta kollha tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet prodotti minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda b’100 % meta mqabbla mal-2021). Il-miri intermedji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 se jiġu stabbiliti għal 55 % għall-karozzi u 50 % għall-vannijiet.
//= $special ?>