L-attakkant ta’ Liverpool Mohamed Salah rebaħ l-unur tal-Player tas-Sena għat-tieni sena konsekuttiva meta għeleb l-isfida tal-midfielder ta’ Manchester City Kevin De Bruyne.
Matul l-istaġun li għadda, Salah temm bħala l-aqwa skorer tal-Premier league flimkien mal-attakkant ta’ Tottenham Heung-Min Son. Salah skorja 23 gowl kif ukoll għamel 14-il assist.
Il-winger ta’ Manchester City, Phil Foden rebaħ l-unur tal-Player Żagħżugħ tas-Sena wkoll għat-tieni sena konsekuttiva.
//= $special ?>