Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-aħbar li Malta għal perjodu ta’ sentejn, li jibda f’Jannar li ġej, se tkun membru tal-Kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Uniti.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Beppe Fenech Adami u mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista intqal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li pajjiżna bħal ma għamel f’tant oqsma internazzjonali oħra għandu ħafna x’joffri u kontribut kbir x’jagħti f dan il-Kunsill f’mument fejn id-dinja kollha għaddejja minn sfidi kbar.
//= $special ?>