Rebħa ta’ 6-1 għal Belġju fuq il-Polonja. Fit-28 minuta Polonja fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Sebastian Szymanski kien ROBERT LEWANDOVSKI li għeleb lil Simon Mignolet. Reazzjoni mill-Belġju li ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Timothy Castagne kien AXEL WITSEL li għeleb lil Bartolomej Dragowsi. 1-1 sa tmiem l-ewwel taqsima. Bil-Belġju fuq l-offensiva fid-59 minuta marru fil-vantaġġ.
Gowl minn KEVIN DE BRUYNE li minn azzjoni ta’ Eden Hazard għeleb lil Dragowski. Ebda reazzjoni mill-Polonja tant li fit-73 minuta minn azzjoni ta’ Michy Batshuayi kien LEANDRO TROSSARD li għamel l-iskor 3 – 1. Fit-80 minuta pass ta’ Yannick Carrasco lejn TROSSARD li mill-ġdid għeleb lil Dragowski 4 – 1 . Fit-83 minuta kien LEANDER DENDONCHER li minn azzjoni ta’ Youri Tielemans għamel l-iskor 5 – 1 sabiex fit-93 minuta kien LOIS OPENDA li minn azzjoni ta’ Thorgen Hazard għalaq il-partita 6 – 1.
Rebħa drammatika għal Olanda li mmaturat fil-ħin miżjud wara li minuta qabel sofrew il-gowl tad-draw. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Bl-Olanda fuq l-offensiva, fil-50 minuta marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Jerduy Schauten lejn TEUN KOOPMEINERS li għeleb lil Danny Ward. Bil-partita destinatha għal rebħa minima, fit-92 minuta kien RHYS NIORRINGTON DAVIES li minn azzjoni ta’ Connor Roberts għamel l-iskor 1 – 1. Għaddiet minuta u l-Olanda mill-ġdid fil-vantaġġ n’ WOUT WEGHORST minn azzjoni ta’ Tyrell Malacia għeleb lil Ward u għalaq il-partita bl-Olanda b’punti massimi.
UEFA NATIONS LEAGUE
Ilbieraħ: Belġju v Polonja 6-1, Wales v Olanda 1-2, Irlanda v Ukrajna 0-1, Skozja v Armenja 2-0,
//= $special ?>