Sport Sport Ieħor

Reġjun Lvant magħżul bħala r-Reġjun Ewropew tal-Isport għall-2023

Reġjun Lvant ġie magħżul bħala r-Reġjun Ewropew tal-Isport għall-2023. Reġjun Lvant kien magħżul wara li ACES Europe li hija l-Kummissjoni li tagħżel ir-reġjuni biex jospitaw avvenimenti sportivi għamlet żjara f’pajjiżna f’Mejju fejn il-membri kellhom l-opportunità u faħħru l-faċilitajiet sportivi f’Reġjun Lvant.

Il-bażi tal-għażla saret wara li l-membri għamlu evalwazzjoni tal-mod kif permezz tal-faċilitajiet f’pajjiżna se jkunu qed jgħinu biex il-popolazzjoni tkun tista’ tieħu pjaċir waqt li tkun qed żżomm fiżikament f’saħħitha. Dan l-avveniment se jkun qed jattira aktar turiżmu sportiv f’pajjiżna. Reġjun Lvant huwa ffurmat mill-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Għargħur, Gżira, Iklin, Lija, Msida, Pembroke, Pietà, San Ġiljan, Sliema, Swieqi u Ta’ Xbiex.