Il-Ministeru tad-Difiża fi Kiev tenna li r-Russja trid teqred għal kollox l-Istat tal-Ukrajna bħala ‘mira strateġika’ – bil-Kremlin ta’ Moska ‘mhux jikkunsidra li jħalli lill-Ukreni jgħixu fil-paċi.’
L-awtoritajiet Ukreni, fl-istess ħin, huma kontinti li r-Russja trid li tqiegħed Gvern ġdid fi Kiev ‘li tkun tista’ tikkontrollah kif trid hi’.
Intant, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li l-qawwiet tiegħu għamlu xi kisbiet militari waqt il-ġlied li għaddej mar-Russi fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia . Madankollu, l-Armata Russa qed tirranka mill-ġdid l-offensiva fuq il-belt ta’ Severodonetsk, lejn il-lvant tal-Ukrajna,
Il-konsulenti għall-President Zelensky, issa, żvelaw li qed imutu bejn 100 u 200 suldati Ukreni kuljum – anki jekk ir-reżistenza lir-Russja għadha feroċi daqs qabel.
//= $special ?>