Futbol Sport

James Scicluna jingħaqad ma’ Floriana FC

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Floriana FC ippreżentaw lill-midfielder ta’ 24 sena James Scicluna, f’konferma tal-aħbar żvelata mill-paġna Replay (Net Television) iktar kmieni llum.

Scicluna hu prodott ta’ Pieta’ Hotspurs FC Academy u mal-Hotspurs kellu prestazzjonijiet mill-aqwa tant li kiseb post regolari fl-iskwadra, ingħata l-faxxa ta’ captain u rrappreżenta lil pajjiżna mat-timijiet nazzjonali ta’ taħt id-19 u l-21 sena.

It-trasferiment tiegħu jasal fi tmiem staġun mill-aqwa għal Scicluna, li rah jikseb l-unur tal-Aqwa Midfielder taċ-Challenge League mogħti mill-MFPA.