Lokali Qorti

Seduta qasira wara li Spanjol mixli b’attakk b’sikkina u flixkun f’Paceville lmenta minn uġiegħ f’sidru

Sid ta’ ristorant iddeskriva kif hu u impjegat kienu intervjenew biex jieħdu arma minn fuq peruna li attakka lill-klijenti tiegħu f’Paceille b’sikkina u flixkun imkisser. Il-Maġistrat Ian Farrugia kompla jisma’ xhieda hekk kif il-Ġimgħa kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Gonzalo Noel Sanchez Fernandez ta’ 38 sena minn Spanja.

Is-seduta kellha tiġi sospiża ħesrem wara li l-akkużat ilmenta minn uġigħ f’sidru u spalltu, li għalhekk ittieħed l-isptar. Sid ir-ristorant Edoardo De Liso xehed bit-Taljan, assistit minn interpretu qal: “Kont fuq ix-xogħol. Nieħdu ħsieb xi klijenti fuq it-terrazzin. F’daqqa waħda waslet din il-persuna li beda jdejjaq lill-klijenti.

“Meta avviċinajtu biex nistaqsih biex jieqaf, innutajt li kien hemm xi ħaġa kienet ħażina. Ċempilna lill-pulizija. Dan neża’ l-qmis, wara li ħa flixkun minn fuq il-mejda, u poġġa bilqiegħda fit-triq. F’daqqa waħda ġera lejn wieħed mill-klijenti tagħna fuq it-terrazzin u tah daqqa fuq rasu bil-flixkun.”

L-istaff ipprova jassisti lill-vittma, qal ix-xhud. L-akkużat kien għadu jżomm il-flixkun hekk kif għamel ħsara fuq żewġ karozzi. “Imbagħad mar lura fir-ristorant u qabad sikkina minn fuq mejda, u għalhekk kellu flixkun u sikkina f’idejh. U beda jmur madwar l-imwejjed, jhedded lill-klijenti tagħna.”

Ix-xhud u kollega rnexxielhom jiddiżarmaw lill-aggressur u jżommuh ’l isfel waqt li jistennew lill-pulizija. Ix-xhud sofra ferita ta’ sikkina fi spalltu, ix-xhud qal lill-Qorti. “Il-pulizija waslu u ttieħed l-isptar. Saruli tliet ponti.” Meta wieġeb mistoqsija tal-maġistrat, spjega li d-daqqa ta’ flixkun seħħet meta x-xhud kien għadu ġewwa r-ristorant, Persuni oħra ntlaqtu mill-imputat, minbarra minbarra l-klijent li kien qed jiekol, żied jgħid.

Lucretia Hili li nzertat għaddejja mill-inħawi xehdet li kienet qed tmexxi l-kelb tagħha u fi triqitha lejn il-karozza tagħha nhar it-Tlieta 31 ta’ Mejju, meta nnotat xin ġlied. “Rajt argumenti barra restorant. Rajt raġel bla flokk miexi ħdejn karozzi pparkjati.

“Huwa avviċina raġel bilqiegħda fuq bank u ħadlu xi ħaġa minn idu. Imbagħad mar fuq bank ieħor u beda jiġġieled mar-raġel ieħor li kien bilqiegħda hemm.” “Ħares lejja u resaq lejja, ġrejt lejn il-karozza tiegħi u sssakkart lili nniffsi ġewwa.”

Kompliet tgħid li Ir-raġel ipproċeda billi beda jagħti fuq il-karozza Audi A1 tagħha diversi drabi, u kkaġunalha ħsara żgħira.” Kienet tal-biża, bżajt ħafna,” hija qalet. Xehed ukoll Charles Spiteri, li huwa propjetarju tar-restorant Fumo.

Spjega kif għall-ħabta tal-10pm kien normalment joqgħod barra fuq it-terrazzin biex jiekol xi ħaġa. “Waqt li kont qed niekol, ħarist ’l fuq u nara raġel jagħti daqqa ta’ ponn lil raġel ieħor li waqa’ mal-art. Mara li kienet mal-vittma ħarbet.”

Meta ra l-affarijiet jisħnu, hu ċempel lis-servizzi tal-emerġenza qabel ma pprova, flimkien ma’ impjegat minn ristorant fil-qrib. biex iwaqqaf it-turisti li jgħaddu milli jersqu lejn il-post biex ma jħalluhomx iweġġgħu, Spiteri ma setax jiftakar x’kien liebes ir-raġel, iżda qal li ftakar xi kliem bl-Ispanjol.

Beda jsawwat lill-pulizija, anke waqt li kien immanettjat. L-uffiċjali kienu qed jgħidulu ‘jekk jogħġbok ikkalma, jekk jogħġbok ikkalma’ u baqa’ jsawwathom sal-aħħar. Saħansitra qabeż minn fuq l-istreċer li tpoġġa fuqu.” L-akkużat, tilef xi ftit mix-xhieda tax-xhud, wara li ngħata l-permess biex joħroġ barra u jpejjep, taħt għassa.

Meta rritorna, ilmenta b’uġigħ f’sidru u f’driegħ, talab li jittieħed l-Isptar Mater Dei. Saru arranġamenti biex hu jirċievi l-kura medika xierqa. Il-Qorti ddeċidiet li rat biżżejjed evidenza prima facie biex dan jitqiegħed taħt akkuża. Il-każ ikompli f’Lulju. L-Ispettur Jean Paul Attard qed imexxi l-prosekuzzjoni L-avukat David Bonello huwa avukat difensur.