Lokali

Sewwieq ta’ mutur jispiċċa l-Isptar wara inċident ma’ vettura

Sewwieq ta’ mutur spicca ferut wara li kien involut f’inċident ma’ vettura fi Triq Bellavista f’San Ġwann; incident li seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa.

Mal-impatt, is-sewwieq tal-mutur minn San Pawl il-Baħar spiċċa tar minn fuq il-mutur u intilef minn sensih.

Fil-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei illi ta l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ ta’ 31 sena. Iktar tard hu ittieħed l-Isptar għal iktar kura fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

Is-sewwieq tal-vettura, Amerikan ta’ 53 sena, ma kellux bżonn assistenza medika hekk kif ma sofra l-ebda ġrieħi … għajr xokk li kellu fuqu.

Jidher li l-vettura u l-mutur kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta ta’ xulxin meta għal xi raġuni spiċċaw fuq l-istess karriġjata.