Ekonomija Lokali

Sidien ta’ ristoranti nkwetati dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-istocks tal-ikel

Dawk li wieġbu s-survey qalu li jħossuhom fl-istess ilma ...jew ftit agħar...minn tliet snin ilu

L-inflazzjoni qed tkun theddida serja għas-sostenibbilta tal-industrija tal-catering u l-istabbilimenti tal-ikel.

Dan ħareġ car minn survey illi sar bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena mill-ACE – l-assocjazzjoni tal-istabbilimenti tal-catering.

L-istħarriġ tal-ACE juri li tliet kwarti tal-istabbilimenti huma inkwetati dwar il-prezzijiet tal-istocks tal-ikel. Fil-fatt, 76% wieġbu li iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel qed tkun theddida kbira ghas-sostenibbilta tas-settur.

Apparti minn hekk, 41% qalu li teżisti wkoll il-problema relatata mal-banek, u problemi ohra marbuta ma’ burokrazija. Dan filwaqt li ghadha reali l-isfida kbira tar-rizorsi umani.

L-istess survey janalizza wkoll is-sitwazzjoni prezenti fis-settur tal-catering u r-ristoranti wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid.

Fil-fatt, l-istharrig iqabbel id-domanda li qed ikun hemm ghas-servizzi tar-ristoranti, ma’ kif kienet is-sitwazzjoni fl-2019 – qabel faqqghet il-pandemija.

Dawk li wiegbu s-survey qalu li jhossuhom li jinsabu fl-istess ilma …jew ftit aghar…minn tliet snin ilu. Fil-fatt, 71% ta’ dawk li wiegbu qalu li l-bejgħ tagħhom kważi mar lura għal-livelli ta’ qabel il-Covid.