Rapport: Stewart Said
EXILES………………………….. 5
SLIEMA FRANK SALT…….. 13
(1-4), (2-4), (1-0), (1-5)
It-tieni rebħa konsekuttiva għal Sliema Frank Salt, din id-darba bi tliet punti mid-derby Slimiż kontra Exiles. Prestazzjoni konvinċenti għas-Slimiżi li urew sinjali pożittivi f’partijiet mil-logħba, biż-żagħżugħ Matthew Mifsud ikun fost dawk li spikka fil-konfront. Exiles kellhom lil Timmy Sullivan nieqes.
Sliema dejjem kienu fil-vantaġġ, b’Exiles jippruvaw inaqqsu d-distakk u jidħlu fil-logħba. Huma rebħu l-ewwel sessjoni 4-1, b’Philip Paris kien naqqas id-distakk bejn il-gowls Slimiżi. Exiles kien irnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 5-3 fit-tieni sessjoni iżda gowls minn Dino Zammit u doppjetta ta’ Matthew Mifsud kabbru d-distakk għal ħames gowls favur Sliema.
Fit-tielet sessjoni, Sliema ma għarfux jagħlqu l-logħba, mertu wkoll tal-gowlkiper avversarju Matthew Castillo, b’Exiles jirbħu s-sessjoni bil-gowl uniku ta’ Kurt Griscti. Iżda fl-aħħar sessjoni, Sliema mhux biss aċċertaw mill-punti fil-bidu, iżda kellhom iċ-ċans ukoll li jissiġillaw ir-rebħa lejn it-tmiem.
Exiles: M. Castillo, N. Saliba, L. Gialanze, P. Paris (2), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (2), N. Paris, J. Bajada, M. Aquilina, D. Fenech, G. Borg, M. Martellacci, M. Paris Roding
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea, D. Rizzo, M. Meli (1), B. Cachia (2), J. Cutajar (1), M. Mifsud (3), J. Brownrigg (1), J. Gambin, Z. Mizzi, D. Zammit, A. Theuma, K. Borg
Referees: Domenico Rotondano, Ronnie Spiteri
M’SKALA FISH AND FISH…. 10
M’XLOKK BROWN’S…………. 5
(1-1), (3-1), (4-1), (2-2)
Tasal l-ewwel rebħa ta’ Marsaskala Fish and Fish minn Grupp B. Fil-verità għamlu dak li kien mistenni minnhom hekk kif l-Iskalin qed jittamaw li jirrepetu dak li għamlu s-sena l-oħra, jiġifieri li jerġgħu jilagħbu fil-Kampjonat Premier.
L-uniku darba li Marsaxlokk kienu fil-vantaġġ kien fil-bidu permezz ta’ Max Zammit sakemm David Pace Lupi ġab id-draw. Marsaskala ħadu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni bis-centre Pace Lupi jiskorja tnejn oħra filwaqt li t-tim ta’ Arpad Babay beda jieħu kontroll tal-logħba.
Il-qabża definittiva għar-rebħa ta’ Marsaskala waslet fit-tielet sessjoni. Permezz ta’ tripletta konsekuttiva tal-veteran Paul Privitera, liema distakk inżamm minnhom qabel l-aħħar sessjoni. L-unika konsolazzjoni għal Marsaxlokk fl-aħħar sessjoni kienet li tal-anqas irnexxielhom iżommu lil Marsaskala milli jkabbru d-distakk.
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli (1), P. Privitera (3), R. Greco, G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi (4), G. Sammut, J. Ciantar (2), M. Carani, S. Fava, F. Scardino
Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri (1), C. Cutajar, B. Zammit, T. Agius, D. Bugeja (1), M. Zammit (2), L. Mallia, L. Saliba, R. Galea (1), J. Valletta, A. Cook, M. Farrugia, E. Mallia, R. Scerri
Referees: Francesco Vildacci, Alex de Raffaele
OTTERS NIVEA…………………. 2
NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 20
(2-3), (0-6), (0-2), (0-9)
It-tieni rebħa għal Neptunes Videoslots kontra oppożizzjoni li mhix tal-livell. Għat-tieni logħba konsekuttiva kienu mingħajr Stevie Camilleri u Jeremy Abela filwaqt li Jake Muscat ħareġ mill-ilma kmieni.
Għalkemm mhux bi prestazzjoni eċċellenti, ir-riħ fil-bidu tal-logħba ħalla ftit effett kontra Neptunes. Kellu jkun gowl minn azzjoni personali ta’ Muscat li rebbaħhom l-ewwel sessjoni. Dan wara li Otters kien irnexxielhom jirkupraw żvantaġġ doppju.
Mit-tieni sessjoni ‘l quddiem, Neptunes ikkontrollaw mingħajr diffikultà u d-distakk seta’ kien ikbar kieku ma kienx għall-bravuri tal-gowlkiper Matthew Xerri. Otters ftit inkwetaw lil Alan Borg Cole, b’Neptunes iżidu l-vantaġġ gradwalment. Jispikkaw fost l-oħrajn it-tripletti fl-aħħar sessjoni ta’ Sam Gialanze u Jake Cachia.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, L. Grech Carr (1), S. Apap (1), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, M. Farrugia, Z. Bartolo, A. Magri, G. Gatt Ellis, R. Spencer
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (2), S. Gialanze (4), G. Pace, J. Cachia (4), J. Spiteri Staines, M. Farrugia, J. Camilleri (3), A. Fava, M. Spiteri Staines (3), A. Fenech (2), M. Castillo (2)
Referees: Richard Magri, Domenico Rotondano
Logħob li jmiss
Is-Sibt 11 ta’ Ġunju
Grupp A: Birżebbuġa v Ta’ Xbiex 5.00pm, Sirens v Valletta 6.05pm
Grupp B: Barracudas v San Ġiljan 7.10pm
//= $special ?>