Lokali

Stagno Navarra: Mill-Air Malta għall-OHSA

Il-preżentatur tal-media Laburista, Karl Stagno Navarra għandu xogħol ġdid mal-Gvern. U mill-Air Malta, mexa għall-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol – l-OHSA.

Stagno Navarra kien ilu mill-2019 impjegat mal-Air Malta fid-Dipartiment tal-Kommunikazzjoni… bil-Ministru Laburista ta’ dak iż-żmien responsabbli mill-Air Malta, Konrad Mizzi, kien għażel lil Stagno Navarra għal dan l-irwol waqt li baqa’ ta’ kuljum imexxi programm ta’ propaganda politika fuq is-Super One.

Dan l-impjieg kien qajjem kontroversja kbira, inkluż fl-eqqel tal-Covid. Biex issa… Karl Stagno Navarra spiċċa sab post ġdid mal-OHSA.

Mistoqsi mit-Times of Malta, Stagno Navarra qal li dan l-impjieg ġdid illi ingħata mill-Gvern “mhuwiex sigriet” …. għax sostna li il-Ministru Clyde Caruana ilu xhur li tkellem dwar ir-rilokazzjoni tal-ħaddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru.

Issa, Stagno Navarra jinsab f’irwol ġdid fi ħdan id-dipartiment tal-komunikazzjoni tal-Awtorita’ Maltija tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol… iżda ħadd ma jaf x’qed jagħmel eżatt hekk kif dan irrifjuta li jgħid. Qal biss – b’ton ċiniku – li qed jilgħab biċ-ċombini.