Internazzjonali

Trump akkużat b’attentat ta’ kolp ta’ stat

Supporters of President Donald Trump climb the west wall of the the U.S. Capitol on Wednesday, Jan. 6, 2021, in Washington. (AP Photo/Jose Luis Magana)

Panel li kkonduċa inkjesta li investiga r-ribelljoni tas-6 ta’ Jannar fil-kungress Amerikan magħruf bħala l-Capitol u tefa’ t-tort fuq Donald Trump fejn ħareġ li l-attakk li fih mietu erba’ persuni waqt li weġġgħu 100 b’erba’ pulizija jikkommettu suwiċidju ftit wara kawża tat-trawma. ma kien spontanju xejn. Dan ħareġ meta l-Kamra tar-Rappreżentanti, li hija mmexxija mid-Demokratiċi, bdiet tippreżenta l-provi li ġabret.

Ingħad li dan kien “attentat ta’ kolp ta’ stat” u li seħħ riżultat dirett tal-isforz tal-president li tilef elezzjoni Presidenzjali u li kellu l-iskop biex ibiddel ir-riżultat tal-elezzjoni tal-2020. Filmat ta’ 12-il minuta li qatt ma deher qabel tal-vjolenza fatali miċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ Trump, fejn il-pajjiż spiċċa maqsum u li l-gideb ripetut ta’ Donald Trump dwar il-frodi elettorali u l-isforz pubbliku tiegħu bl-iskop li jwaqqaf ir-rebħa ta’ Joe Biden wassal biex dan l-attakk ipperikola d-demokrazija Amerikana.

Fix-xhieda tal-eks Avukat Ġenerali Bill Barr dan tenna li d-dikjarazzjoni ta’ Trump li l-elezzjoni kienet misruqa kienet bla bażi. Xehdet ukoll Caroline Edwards, Pulizija, li spjegat kif ġiet mgħajra “traditur” u “kelba” qabel ma ġiet attakkata u ntilfet minn sensiha. Hija xehdet ukoll kif il-kollega tagħha Brian Sicknik sofra żewġ puplesiji wara li kien attakkat u miet l-għada.

Bennie Thompson, Demokratiku ta’ Mississippi u president tal-panel, ippreżenta s-sejbiet inizjali tal-kumitat li Trump mexxa “konfoffa mifruxa, f’diversi stadji mmirata biex taqleb l-elezzjoni presidenzjali”. Il-viċi president tal-panel, Liz Cheney, sejħitilha “pjan sofistikat ta ‘seba’ partijiet” u u qalet ukoll li Trump kien “xgħel il-fjamma ta’ dan l-attakk”.

L-avvenimenti tas-6 ta’ Jannar kienu “il-qofol ta’ attentat ta’ kolp ta’ stat, tentattiv sfaċċat” biex jitwaqqa’ l-gvern,” qal Thompson. “Il-vjolenza ma kinitx inċident.” “Id-demokrazija tibqa’ fil-periklu,” huwa qal fis-seduta. Il-panel ta’ investigaturi sab li-eks President Amerikan Donald Trump orkestra l-irvellijiet f’“attentat ta’ kolp ta’ stat”.

Bennie Thompson, Demokratiku, qal li l-irvell ipperikola d-demokrazija Amerikana. Il-partitarji ta’ Trump kienu daħlu fil-Kungress kienu vjolenti u anke attakkaw uffiċċjali. Wara kważi sena ta’ investigazzjoni, il-kumitat magħżul tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti mmexxi mid-Demokratiċi fetaħ il-Ħamis filgħaxija billi wera filmati minn intervisti li twettaq minn membri taċ-ċirku intern ta’ Trump.

Trump diġà ta x’jifhem li huwa se jikkontesta għall-elezzjoni presidenzjali tal-2024 u r-Repubblikani iddeskrivew l-inkjesta bħala tentattiv tad-Demokratiċi li jdawru l-attenzjoni minn fuq is-sitwazzjoni fil-pajjiż.