Twanny Agius mhux se jkun qed jikkontesta l-irwol ta’ President fi ħdan il-Malta Amateur Football Association wara 23 sena f’din il-kariga. Dan tħabbar matul il-MAFA Awards Night li saret f’ristorant fl-Imġarr.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni David Abdilla rringrazzja lil Agius għad-dedikazzjoni u l-professjonalita’ li mexa bihom matul il-karriera tiegħu, filwaqt li ppreżenta rikonoxximent tal-okkażjoni.
Twanny Agius qal li kien ta’ privileġġ li jservi bħal President ta’ din l-assoċjazzjoni għal 23 sena filwaqt li qal li se jħalli lill-assoċjazzjoni fl-aħjar stat possibli.
//= $special ?>