Unjoni Ewropea

Vot fil-Parlament Ewropew għall-appoġġ fuq il-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel

Il-membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw biex jappoġġjaw projbizzjoni effettiva tal-UE fuq il-bejgħ ta’ karozzi ġodda li jaħdmu bil-petrol u d-diesel – projbizzjoni li għandha tidħol fis-seħħ mis-sena 2035. L-istess MEPs irrifjutaw tentattivi biex tiddgħajjef il-proposta originali, illi hija mahsuba biex titħaffef il-bidla tal-Ewropa għal vetturi elettriċi.

Il-vot tal-MEPs ittiehed fi Strasburgu, fejn id-deputati approvaw ukoll tnaqqis ta’ 55 fil-mija fis-CO2 mill-karozzi sas-sena 2030. Din il-mossa issaħħaħ obbligu eżistenti fuq l-industrija tal-karozzi biex tnaqqas l-problemi tas-CO2 b’medja ta’ 37.5 fil-mija fl-aħħar tad-deċennju … meta mqabbel mas-sena li għaddiet.

Il-miżura dwar il-karozzi elettirċi għaddiet b’339 vot favur, 249 kontra u 24 astensjoni. U fil-prattika, se tillimita l-bejgħ futur għal mudelli kollha illi ma jahdmux bl-elettirku. Il-karozzi bħalissa qed iwasslu għal 12 fil-mija tal-emissjonijiet kollha tas-CO2 fil-blokk tal-UE fis-27 membru, filwaqt li t-trasport b’mod ġenerali jammonta għal madwar kwart tat-tniġġiż.

Il-Partit Popolari Ewropew, l-akbar fil-Parlament, fittex li jimbotta kompromess illi jippermetti li jikompla l-bejgħ ta’ vetturi hybrid. L-emenda ġiet megħluba għal ftit…. filwaqt li tentattiv ambizzjuż mill-Ħodor biex id-data tal-iskadenza tal-miżura titmexxa ‘l quddiem għall-2030 falliet wkoll.

Id-deċiżjoni fuq il-projbiozzjoni effettiva tal-vetturi petrol u diesel issa trid tmur quddiem il-Kunsill Ewropew ….fejn il-Prim Ministri u l-mexxejja tal-pajjiżi membri jridu jilħqu forma ta’ qbil dwar it-triq ‘il quddiem fuq din il-materja.