Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc kiseb il-Pole Position fiċ-ċirkwit ta’ Baku City fl-Azerbaijan b’ħin ta’ 1.42.865, segwit minn Sergio Perez u Max Verstappen ta’ RedBull Racing. Fir-raba’ post se jibda s-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc, bl-Ingliż George Russell u s-sewwieq ta’ AlphaTauri Pierre Gasly se jibdew fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Is-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton se jibda mis-seba’ post, b’Yuki Tsunoda u Sebastian Vettel jtemmu fit-tmien u d-disa’ post. Fernando Alonso se jibda fl-għaxar post.
Il-koppja ta’ McLaren Lando Norris u Daniel Ricciardo se jibdew mill-ħdax u t-tnax-il post segwiti minn Esteban Ocon u Zhou Guanyu fit-tlettax u l-erbatax-il post rispettivament. Valtteri Bottas u Kevin Magnussen se jibdew fil-ħmistax u s-sittax-il post, b’Alex Albon u Nicholas Latifi jibdew fis-sbatax u t-tmientax-il post. Lance Stroll u Mick Schumacher se jkunu qed jibdew fl-aħħar żewġ pożizzjonijiet.
//= $special ?>