Tul il-jum tas-Sibt, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President Ukren Volodymyr Zelensky iltaqgħu sabiex tiġi diskussa l-possibiltà tas-sħubija tal-Ukrajna fl-Unjoni Ewropea.
Hekk kif ir-Russja qed tkompli tippersisti bil-gwerra, Volodymyr Zelensky, kompla jitlob għal kunsinni ta’ armi u appoġġ umanitarju mill-pajjiżi tal-Punent.
Dan hekk kif, l-attakki bla waqfien komplew jiddominaw il-belt ta’ Severodonetsk .. Belt żgħira li saret l-akbar ċentru ta’ battalji kemm ilha għaddejja l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tal-Kremlin – bl-inħawi ilhom taħt attakk għal ġimgħat sħaħ.
F’aħbar separata .. f’laqgħa fi Kyiv, bejn is-Segretarju għad-Difiża Brittaniku, Ben Wallace u l-President Ukren, ġiet diskussa l-ħtieġa li l-armata Ukrena tkun mgħejjuna fid-dawl tal-attakki kontinwi mir-Russja.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju għad-Difiża Brittaniku, Ben Wallace, saħaq li r-Renju Unit se jassigura li l-għajnuna tkompli tiżdied skont il-ħtiġijiet.
Intant .. hekk kif fl-aħħar ħin ħarġet l-aħbar li hemm riskju kbir li l-marda tal-Cholera tinfirex fil-belt ta’ Mariupol fl-Ukrajna, għexiereni ta’ ċittadini m’humiex jitħallew jgħixu f’din il-belt. L-osservaturi u l-awtoritajiet Ukreni qegħdin isostnu li l-firxa tal-epidemija ġejja minħabba nuqqas ta’ ilma tajjeb, nuqqas ta’ mediċina, kif ukoll il-fatt li issa, ħafna mill-infrastruttura tal-belt hija meqruda.
//= $special ?>