Lokali

FIL-ĦABS: Cmelik prova jneħħi ruħu b’idejh

Is-Serb qed jiskonta sentenza ta' għomor il-ħabs

Rikoverat b’urġenza l-Isptar Mater Dei is-Serb illi kien ikkundannat il-ħabs b’rabta mal-qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti. Dan hekk kif Bojan Cmelik instab fiċ-ċella tiegħu mitluf minn sensih wara li prova jneħħi ħajtu b’idejh.

Cmelik, li għandu 39 sena, qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Net News jista’ jikkonferma li s-Serb jinsab f’qagħda kritika wara li ikkaġuna ferita fonda fuqu nnifsu.

Il-każ jidher li seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija, iżda l-awtoritajiet tal-ħabs baqgħu totalment fil-muta dwar dak illi ġara f’Diviżjoni numru 5.