Futbol Sport

“Il-Lullu kien pilastru għat-tim nazzjonali Malti” – Devis Mangia

(Ritratt: Mark Zammit Cordina)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia qal li Mark Piscopo, “il-Lullu”, kien pilastru għat-tim nazzjonali Malti. Mangia qal li t-tim se jkun qed jagħti l-aqwa prestazzjoni possibli fil-partita kontra San Marino, filwaqt li ta l-kondoljanzi tiegħu lil familja u l-ħbieb tiegħu.

Mangia irrimarka kif it-tim Malti irid tliet punti minn din il-partita sabiex jibqa’ fiċ-ċans li jikseb promozzjoni fil-partita deċiżiva f’Settembru, kontra l-Estonja. Il-kowċ tat-tim Malti qal li huwa diffiċli li jgħolli l-moral wara d-disfatta kontra l-Estonja, speċjalment wara t-telfa tal-Lullu, li kien persuna importanti ħafna għall-players.

Id-difensur Zach Muscat qal li l-Lullu kien hemm għall-players wara kull telfa biex jgħolli l-moral tal-players. Hu rrimarka kif f’perjodu fejn it-tim nazzjonali Malti ma kienx qed jikseb riżultati pożittivi, il-Lullu kien il-persuna li jagħmel kuraġġ lill-players u lill-istaff.