Lokali

“Ilna ma naraw ħaddiem żmien”

Abbandun totali. Ilna ma naraw ħaddiem żmien u għomor.

Dawn kienu uħud mill-kummenti li rċeviet il-kamra tal-aħbarjiet ta’ Net News dwar Triq ir-Rebbiegħa fil-Mosta fejn residenta partikolari qalet magħna li kull ma jmur it-trabijiet qed jiżdiedu. Hija qalet li evidenti li ħafna mit-toroq issa qed isiru bla pjan, jinqalgħu u x-xogħol jieqaf ħesrem bir-residenti jabtu l-konsegwenzi.

Fuq il-post, Net News seta’ jinotta terapien, bi skip kbira fejn fiha tefgħu anki t-terapien miġbur fuq xulxin.

Bosta saħqu li r-rispett lejn iċ-ċittadin għosfor kompletament… bin-nies ibatu biex anki jaqsmu din it-triq u dawk tal-madwar.

Oħrajn qalu li ċemplu lill-Kunsill Lokali, filwaqt li kien hemm min kellem il-Kunsilliera tal-lokal, b’dawn jgħidu li konsultazzjoni magħha ma saret u mhi ssir kważi xejn.

Mara oħra qalet ma’ Net News li ċemplet lill-Infrastructre Malta, u minn hemmhekk ma sabet l-ebda ħajt ta’ kenn għax ix-xogħol xorta waħda baqa’ ma tkompliex.

Raġel ieħor qal magħna li ilhom ġimgħat f’kundizzjonijiet fejn tistħi ddaħħal lin-nies f’darek, fejn f’waqtiet sa anki qed ikun irwejjaħ ħerġin kemm mill-post fejn qed jitfgħu t-terapien u anki fit-triq b’oħrajn qalu li ġieli qed ikun hemm ħruġ tad-drenaġġ.

Is-Sibt kellmuna wkoll għadd ta’ Ġirbin fejn esprimew ukoll id-dieqa tagħhom dwar Triq il-Palazz tal-Gvernatur, fil-Birgu. Persuna li tkellem magħna qal li wasal il-preċett tat-tifel, u lanqas għandhom passaġġ minn fejn joħorġu. L-istess residenti lmentaw magħna li ilhom ma jaraw ħaddiem żmien, u li meta jaraw, jiġi biss fl-għodwa ta’ filgħodu u ftit li xejn idum.

Ir-residenti li tkellmu magħna qalu li dan kollu kien irrapportat kemm-il darba, madanakollu n-nuqqas baqa’ jippersisti.

Fil-fatt, huma saħqu li qed iħossuhom minsija, mingħajr l-ebda azzjoni konkreta mill-awtoritajiet, b’dan id-dewmien u tkaxkir tas-saqajn kollu qed jitqies bħala wieħed redikolu.