L-atleta Maltija Janet Richard rebħet il-midalja tad-deheb fl-400 metru b’ħin ta’ 55.12 sekondi biex għelbet l-isfida ta’ Gayane Chiloyan tal-Armenja u Anna Berghii ta-Moldova. Fl-ewwel heat tal-finali, Martha Spiteri rnexxielha tikseb l-aqwa ħin personali tal-istaġun b’ħin ta’ 58.29 sekondi, li madanakollu ma kienx biżejjed għal post fuq il-podium.
Fit-800 metru tal-irġiel, l-aħjar riżultat staġjonali għal Viven Henz tal-Lussemburgu li rebaħ il-midalja tad-deheb b’ħin ta’ 1.49.90 sekondi. Stavros Spyrou ta’ Ċipru temm fit-tieni post segwit minn Yervand Mkrtchyan li temm fit-tielet post, b’Ben Micallef itemm fir-raba’ post.
Fit-800 metru tan-nisa Ellada Alaverdyan rebħet il-midlaj tad-deheb b’ħin ta’ 2.13.38 sekondi segwita miċ-Ċiprijotta Natalia Evangelidou u Fanny Arendt tal-Lussemburgu.
Fil-Pole Vault tal-irġiel kien Christsos Tamanis li rebaħ midalja tad-deheb oħra għal Ċipru b’qabża ta’ 5.10 metri. Miguel Wilchez tal-Andorra rebaħ il-midalja tal-fidda u Luc Thommen tal-Liechtenstein rebaħ il-midalja tal-bronż.
Dario Invanovksi rebaħ il-midalja tad-deheb fil-5,000 metru segwit minn Maxima Rileanu tal-Moldova u l-Malti Dillion Cassar li ħa l-midalja tal-bronż, bl-aħjar ħin tal-istaġun fejn daħal f’ħin ta’ 14.45.13 sekondi.
//= $special ?>