Fi stqarrija maħruġa s-Sibt, ic-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech sostna li f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, b’mod unanimu ġew maqbula r-regolamenti li se jwasslu għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, kif stabbilit mill-istatut tal-Partit.
Peter Fenech ikkonferma li mil-lum f’nofsinhar jiftaħ il-perjodu ta’ espressjoni ta’ interess għal dawk interessati. Wara dan jiskatta l-proċess ta’ due-diligence, biex la darba dawk interessati jgħaddu minn dan il-proċes jinfetaħ il-perjodu ta’ nominazzjonijiet.
Il-perjodu tal-espressjoni ta’ interess jagħlaq nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju f’nofsinhar.
//= $special ?>