L-Ingilterra u l-Italja temmew fi draw ta’ 0-0 minn Grupp 3 League A tal-UEFA Nations League. Mill-istess grupp l-Ungerija u l-Ġermnanja temmew fi draw ta’ 1-1, b’Zsolt Nagy jitfa’ lil Ungeriżi fil-vantaġġ fis-sitt minuta, qabel Jonas Hofmann kiseb id-draw għall-Ġermanja fid-9 minuta. Minn Grupp 4 Wales u l-Belġu wkoll temmew fi draw ta’ 1-1. Il-Belġju fetħu l-iskor fil-51 minuta permezz ta’ Yuri Tieleman qabel kien Brennan Johnson li kiseb id-draw fis-86 minuta.
L-Olanda u l-Polonja wkoll temmew fi draw bl-iskor ta’ 2-2. Vantaġġ doppju għall-Polonja permezz ta’ Matty Cash fit-18-il mintua u Piotyr Zieliinksi, qabel Davy Klassen u Denzel Dumphries slavaw id-draw għall-Oland fil-51 u fl-54 minuta.
UEFA NATIONS LEAGUE
Illum: Ingilterra v Italja 0-0, Ungerija v Ġermanja 1-1, Olanda v Polonja 2-2, Wales v Belġju 1-1, Ukrajna v Armenja 3-0, Irlanda v Skozja 3-0, Montenegro v Bosnia 1-1, Rumanija v Finlandja 1-0, Gżejjer Faroe v Litwanja 2-1, Lussemburgu v Turkija 0-2 Għada: Malta v San Marino 8.45pm, Spanja v Repubblika Ċeka 8.45pm, Żvizzera v Portugall 8.45pm, Norveġja v Żvezja 6.00pm, Slovenja v Serbja 8.45pm, Irlanda ta’ Fuq v Ċipru 3.00pm, Greċja v Kosovo 8.45pm, Ġorġja v Bulgarija 6.00pm, Macedonia v Gibilta’ 6.00pm
//= $special ?>