Artiklu: Stewart Said
SIRENS MECCA MARINE….. 13
VALLETTA IZIBET……………… 6
(2-1), (4-2), (2-0), (5-3)
Sirens Mecca Marine prattikament immarkaw ir-ritorn tagħhom fil-Kampjonat Premier b’rebħa f’wieħed mill-konfronti importanti ta’ Grupp A kontra Valletta Izibet. B’din ir-rebħa Sirens jinsabu sitt punti fuq Valletta bi tliet logħbiet għat-tmiem, bil-Beltin jonqoshom kontra Neptunes fost l-oħrajn. Jekk jispiċċaw bl-istess punti, Valletta għandhom konfront inferjuri kemm kontra Sirens u Birżebbuġa.
It-tim ta’ Marko Orlovic tejjeb il-prestazzjoni aktar ma għadda l-ħin u l-iskor finali seta’ kien ikbar kieku ma kienx għall-bravuri tal-gowlkiper Belti Benjamin Busuttil. Flimkien ma’ ħuh Sebastian, kienu l-uniċi punti pożittivi tal-Beltin. Għal Sirens spikka Matthew Sciberras.
Ironikament kienu Valletta li fetħu l-iskor iżda Sciberras u John Napier dawru r-riżultat. Sirens bdew jikkontrollaw il-logħba, b’Valletta jippruvaw iżommu r-ritmu mal-avversarji. B’distakk ta’ tliet gowls, kienet mistennija reazzjoni minn Valletta, liema reazzjoni ma waslet qatt. Sirens ħadu l-opportunità u permezz ta’ Gianni Farrugia u Jacob Sciberras aċċertaw mir-rebħa b’distakk ta’ 8-3. Huma komplew isibu x-xibka fl-aħħar sessjoni, uħud minnhom minn man-ups, b’Valletta jippruvaw biss jillimitaw id-danni.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, J. Sciberras (3), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (2), M. Chircop, I. Riolo (1), J. Napier (1), M. Cutajar, M. Sciberras (4), M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, G. Melillo, K. Agius
Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia (1), T. Said, L. Hyzler (1), S. Busuttil (4), Z. Micallef, D. Paolella, M. Mifsud, S. Micallef, A. Agius, K. Galea, K. Cremona, A. Bugeja, L. Felice, R. Attard
Referees: Massimo Angileri, Domenico Rotondano
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 10
TA’ XBIEX AMIGOS………….. 1
(2-0), (2-0), (3-1), (3-0)
Birżebbuġa Freeport komplew jersqu qrib li jikkonfermaw posthom fil-Kampjonat Premier. Huma żammew mal-previżjoni u għelbu lit-tim żagħżugħ ta’ Ta’ Xbiex Amigos. Doppjetta ta’ Giuseppe Mannino fi ftit sekondi poġġiet lil Birżebbuġa 2-0 fil-vantaġġ, f’sessjoni li fiha Ta’ Xbiex sabuha diffiċli minħabba li ma bdewx jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet meta kellhom il-pussess.
Il-veterani David Cutajar u Neil Cassar komplew ikabbru l-vantaġġ ta’ Birżebbuġa fit-tieni sessjoni, bl-unika risposta ta’ Ta’ Xbiex tasal biss fit-tielet sessjoni b’gowl uniku ta’ Jacob Saliba minn penalty. It-tim ta’ Pierre Borg ħa l-opportunità biex aċċerta mit-tliet punti bi tliet gowls konsekuttivi. B’hekk fl-aħħar sessjoni setgħu jikkontrollaw il-logħba mingħajr diffikultà.
Birżebbuġa: M. Vassallo, J. Farrugia, N. Cassar (1), B. Grech (1), C. Mifsud (1), R. Mock, D. Farrugia, D. Cutajar (1), S. Bezzina, K. Tanti (1), G. Mannino (4), M. Curmi, M. Sladden, D. Incorvaja (1), G. Sammut
Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, T. Fenech, Z. Cutajar Licari, E. Meli, S. Engerer, J. Saliba (1), J. Cassar, E. Schembri, B. Attard Littschwager, P. Tabone, J. Chircop, D. Galea Mule
Referees: Francesco Vildacci, Peter Balzan
BARRACUDAS………………………. 4
SAN ĠILJAN JP PROJECTS……… 20
(0-5), (2-5), (2-5), (0-5)
Ebda diffikultà għal San Ġiljan JP Projects biex għelbu lit-tim debuttant Barracudas. Anki jekk mingħajr il-captain Matthew Zammit, Jake Tanti, Peter Borg u Nicholas Bugelli, il-Ġiljaniżi kienu b’saħħithom wisq u logħbiet bħal dawn ipoġġu għad-diskussjoni l-effettività ta’ dan il-format.
San Ġiljan fetħu vantaġġ ta’ ħames gowls fl-ewwel sessjoni u komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni, b’Lee Montebello Brownrigg jiskorja tnejn mill-ħames gowls Ġiljaniżi. Barracudas skorjaw l-ewwel żewġ gowls tagħhom wara li San Ġiljan kienu diġà 10-0.
Il-kowċ Ġiljaniż Zeljko Kovacic kompla jagħti spazju lil diversi żgħażagħ fit-tim, b’Daniel Fero jiskorja tripletta fit-tielet sessjoni. San Ġiljan reġgħu skorjaw ħamsa fl-aħħar sessjoni hekk kif iż-żgħażagħ Montebello Brownrigg, Nathan Bonavia, Russell Caruana kienu fost dawk li sabu x-xibka.
Barracudas: M. Gouder, A. Piccione, A. Magri (1), P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino (2), S. Aquilina, L. Galea (1), D. Camilleri, S. Camilleri, C. Bugeja, T.J. Mifsud, M. Borg, A. Grima Scott, N. Camenzuli
San Ġiljan: G. Vassallo, G. Bonavia, A. Galea (2), N. Schiavone (2), R. Caruana (1), L. Montebello Brownrigg (4), B. Plumpton (1), D. Tully (2), J. Bonavia (2), N. Zammit (1), D. Zammit, N. Bonavia (1), K. Grech, M. Ortoleva (1), D. Fero (3)
Referees: Francesco Vildacci, Neville Mercieca
