It-tim Malti tal-Malta Rugby Football Union kiseb tliet rebħiet fir-Rugby Europe 7s Conference 2 kontra San Marino, Slovenja u l-Kosovo.
Fl-ewwel partita it-tim Malti għeleb lil San Marino bl-iskor ta’ 19-5. Brendan Dalton kien il-protagonist fejn skorja żewġ tries, qabel Richard Gum għamel it-tielet try għat-tim Malti. James O’Brien kompla jżied il-vantaġġ għat-tim Malti b’żewġ tries oħra għal rebħa mertitata għat-tim Malti.
Fit-tieni partita tliet tries kienu biżejjed biex it-tim Malti għeleb lill-iSlovenja bl-iskor ta’ 21-12. Il-captain Matthew Camilleri, Rory O’Brien u Jean Scholey niżżlu isimhom fost l-iskorers u taw erba’ punti oħra lit-tim Malti.
Fil-partita kontra l-Kosovo it-tim Malti kiseb rebħa konvinċenti ta’ 48-0. Jean Scholey skorja hat-trick ta’ tries, b’Mariano Cutajar jiskorja żewġ tries, kif ukoll Karol Spiteri. Rory O’Brien ukoll niżżel ismu fost l-iskorers. Ir-rebħa tħalli lit-tim Malti fl-ewwel post tal-klassifika.
Intant, matul il-jum tal-Ħadd it-tim Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni b’żewġ partitia kontra l-Estonja u s-Slovakkja fit-Tony Bezzina Stadium.
//= $special ?>