Coronavirus Lokali

COVID-19: Imutu żewġ persuni oħra

Fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom żewġ persuni kawża tal-Covid-19. Madanakollu, mhux magħruf l-età tagħhom hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa qed jibqa’ jirrifjuta li jippublika din l-informazzjoni.

Intant, il-każi ġodda qed jibqgħu ta’ kuljum fuq il-mija sew hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 153 każ ġdid filwaqt li fiequ 72 persuna. Dan iwassal biex il-każi attivi telgħu għal 1,687.

In-numru ta’ persuni li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei jingħataw kura għall-virus mhux magħruf.