Lokali

€175,712 f’appoġġ lill-Partit Nazzjonalista

€175,712. Din kienet is-somma miġbura fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi li organizza l-Partit Nazzjonalista matul il-jum tal-Erbgħa.

Maratona li matulha, eluf ta’ Maltin u Għawdxin taw l-appoġġ finanzjarju tagħhom biex pajjiżna jerġa’ jaqbad it-triq it-tajba u biex il-ħidma tkun tista’ ssir bl-aħjar mod possibbli.

F’intervent matul l-attività, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tkellem dwar il-pass li jmiss li għandu bżonn jieħu l-Partit Nazzjonalista.