Sport Sport Ieħor

Francesca Curmi b’suċċess f’Montasir fit-Tuneżija

It-tennista Maltija Francesca Curmi kisbet suċċess f’Montasir fit-Tuneżija meta għelbet liċ-Ċiniża X.X. Yao 6-2 6-4 biex b’hekk rebħet l-ITF 23A.

B’dan it-tragward Curmi saret l-ewwel tennista Maltija li rebħet avveniment ta’ livell daqshekk għoli fuq livell professjonali.

Curmi għelbet tennisti mill-Brażil, il-Ġermanja, iċ-Ċile u Franza wara xhur impenjattivi fi Spanja u t-Tuneżija. B’din ir-rebħa hi telgħet fit-801 post fir-rankings tal-WTA.