It-tim Malti tal-Malta Rugby Football Union ġie promoss għall-Conference 1 tar-Rugby Europe wara li rebaħ iż-żewġ partiti tiegħu matul il-jum tal-Ħadd.
Fl-ewwel partita t-tim Malti kiseb rebħa ta’ 50-7 kontra l-Estonja. Mariano Cutajar skorja hat-trick ta’ tries, qabel Richard Gum għamel żewġ tries oħra. Jean Scholey, Matthew Camilleri u Brendan Dalton komplew jiftħu l-vantaġġ bi try kull wieħed.
Biex fit-tieni partita t-tim Malti assigura mill-promossjoni b’rebħa ta’ 35-7 fuq is-Slovakkja. Rory O’Brien kien il-protagonist b’żewġ tries qabel Jean Scholey, Brendan Dalton u Mariano Cutajar żieda l-iskor.
Dan wara li matul il-jum tas-Sibt it-tim Malti kiseb tliet rebħiet kontra San Marino, s-Slovenja u l-Kosovo.
//= $special ?>