Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Azerbaijan

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix tal-Azerbaijan f’Baku b’sieħbu ta’ RedBull Sergio Perez itemm fit-tieni post. Diżappunt għas-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc wara li kellu jirtira fl-għoxrin dawra minħabba problemi fil-magna.

Anke sieħbu ta’ Ferrari Carlos Sainz kellu jirtira fid-disa’ dawra minħabba problemi fis-sistema tal-brakes tal-karozza. Il-koppja ta’ Mercedes George Russell u Lewis Hamilton daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Pierre Gasly ta’ AlphaTauri temm fil-ħames post segwit minn Sebastian Vettel ta’ Aston Martin fis-sitt post.

Fernando Alonso ta’ Alpine temm fis-seba’ post segwit mill-Awstraljan ta’ McLaren Daniel Ricciardo. Il-Brittaniku Lando Norris temm fid-disa’ post b’Esteban Ocon ta’ Alpine jtemm fl-għaxar post.

Valtteri Bottas ta’ Alfa Romeo daħal fil-ħdax-il post segwit minn Alex Albon u Yuki Tsunoda. Michael Schumacher ta’ Haas temm fl-erbatax-il post. Nicholas Latifi, Kevin Magnussen u Guanyu Zhou ma rnexxielhom itemmu l-Grand Prix.