Il-pajjiżi tal-Punent, ‘il quddiem, għandhom jirrevedu l-politika tas-sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja wara riċerka li wriet li l-Kremlin ta’ Moska kompla jdaħħal ammonti kbar ta’ flus mill-bejgħ taż-żejt u l-gass.
Dan minkejja li l-Punent kien issikka sew is-sanzjonijiet fuq ir-Russja b’konsegwenza tal-gwerra ta’ Vladimir Putin.
L-aħħar rapporti, sadanittant, qalu li l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, għandha, ‘il quddiem, iżżur il-Lvant Nofsani bit-tama li twassal għal ftehim ġdid għall-proviżjoni tal-gass naturali li jissostitwixxi l-enerġija li l-Ewropa qiegħda timporta (bħalissa) mingħand ir-Russja.
//= $special ?>