Fl-aħħar sigħat, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, sejjaħ biex il-Punent jibgħat is-sistemi moderni għal difiża kontra l-missili lejn pajjiżu.
Dan waqt li hu żvela li ‘il fuq minn 2,600 missila cruise ( sparati mir-Russja) niżlu fuq l-artijiet Ukreni mill-bidu tal-invażjoni ta’ pajjiżu, fl-24 ta’ Frar.
Fl-istess ħin, il-Ministeru tad-Difiża tar-Russja qal li l-missili sparati mill-qawwiet tiegħu qerdu kwantità kbira ta’ armamenti u makkinarju ieħor tal-gwerra tal-Ukreni fid-Donbas. Ir-rapporti minn Moska sostnew ukoll li ħafna mill-armamenti meqrudin kienu waslu lill-Ukreni mingħand l-Istati Uniti u l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Intant, il-Ministri tad-Difiża minn madwar id-dinja, nhar l-Erbgħa, se jiltaqgħu biex jiddiskutu s-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Mistenni wkoll li l-kwistjoni tal-għajnuna lill-Ukreni, fejn jidħlu armamenti u munizzjon, tingħata prominenza kbira fuq l-aġenda tat-taħditiet.
//= $special ?>