Lokali

Il-POU tilmenta dwar in-nuqqas kbir ta’ uffiċjali tal-Pulizija

Il-problema tan-nuqqas taż risorzi umani fil-Korp tal-Pulzija ilha tippersisti għal numru ta’ snin, b’din l-isfida tkun mill-ġdid ikkonferamata mill-Police Officers Union

“Bħalissa ma hemmx numri biex jintlaħqu l-impenji ta’ xogħol”.

Dan hu dak li qalu l-Police Officers Union fid-dawl tal-aħħar żviluppi b’rabta mal-U-Turn li saret dwar min se jkun qed jikkordinha l-festi tal-lokal, fejn issa l-amministrazzjoni tal-Korp qalet li se jkunu l-Pulizija li se jagħmlu dan kollu.

L-istqarrija qalet li s-sitwazzjoni bħalissa tal-Pulizija tad-Distrett hija waħda ddisprata, b’membri tal-Korp issa se jkunu sfurzati jagħmlu overtime bl-għases ukoll jitħallew vojta bla pulizija.

Il-Union saqsiet li kieku tinqala’ emerġenza x’se jkun qed jiġri, u jekk din hux is-sitwazzjoni li jixtiequ għat-tlett xhur li ġejjin.

Huma qalu li għalkemm issa ssaħħew il-LESA u TM, xorta waħda għal clearance tat-toroq, qed ikunu ordnati li jagħmlu dan ix-xogħol il-Pulizija. Huma kkonvfermaw ukoll li sal-ħin tal-istqarrija ma saret l-ebda laqgħa mal-Union, bil-Union tkun hi li titlob laqgħa mal-amministrazzjoni u l-Gvern sabiex jiġu indidirazzati dawn l-isfidi mill-aktar fis u tenniet li mhux teskludi li tohrog direttivi relatati mal-festi.