Mara ta’ 62 sena residenti ż-Żejtun, għal ħabta tas-7:15am, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei meta weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Żammit, iż-Żejtun.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara, intlaqtet minn karozza tat-tip Toyota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 sena residenti Marsaxlokk.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>