Lokali

Malta Public Transport bi skeda għas-Sajf

Mill-Ħadd 12 ta’ Ġunju, biex tintlaħaq id-domanda akbar, Malta Public Transport se tkun qed iżżid 540 vjaġġ addizzjonali kuljum għall-iskeda tas-sajf tagħha. B’kollox, ħmistax-il rotta se jiżdiedu fil-frekwenza biex jiġi żgurat servizz aktar effiċjenti u frekwenti matul is-sajf. Se jiġu estiżi wkoll erba’ rotot biex jilħqu bajjiet popolari, fosthom l-Armier, Lapsi, Ġnejna u Blue Grotto, hekk kif Malta Public Transport tistinka biex tiżgura aċċessibbiltà matul diversi preferenzi tal-ivvjaġġar staġjonali.

L-erba’ rotot estiżi biex iservu bajjiet popolari huma dawn li ġejjin: Ir-rotta 49 bejn il-Belt Valletta u l-Mellieħa se tkun estiża sal-Bajja tal-Armier u se topera kuljum inkluż fi tmiem il-ġimgħa. Ir-rotta 74 bejn il-Belt u ż-Żurrieq se tkun estiża sal-Blue Grotto. Ir-rotot 109 u 109A bejn is-Siġġiewi u l-Baħrija se jiġu estiżi sal-Bajja ta’ Lapsi. Ir-rotot 101 u 101B bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa se jiġu estiżi sal-Bajja tal-Ġnejna.

It-tmien rotot biex joperaw b’żieda fil-frekwenza huma dawn li ġejjin:

  • Rotta 212 bejn Tas-Sliema u Buġibba, li se żżid il-frekwenza tagħha għal kull 20 minuta matul il-ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa waqt l-aktar ħinijiet li fihom in-nies ifittxu dan is-servizz.
  • Rotta 221 bejn Buġibba u ċ-Ċirkewwa, li se żżid il-frekwenza tagħha għal kull 20 minuta matul il-ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa waqt l-aktar ħinijiet li fihom in-nies ifittxu dan is-sevizz.
  • Rotta 222 bejn Tas-Sliema u ċ-Ċirkewwa, li se żżid il-frekwenza tagħha għal kull 20 minuta matul il-ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa waqt l-aktar ħinijiet li fihom in-nies ifittxu dan is-servizz.
  • Rotta 223 bejn Buġibba u Għajn Tuffieħa, li se żżid il-frekwenza tagħha għal kull 20 minuta matul il-ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa matul il-ħinijiet li fihom in-nies ifittxu l-aktar dan is-servizz.
  • Rotta 225 bejn Tas-Sliema u Għajn Tuffieħa, li se żżid il-frekwenza tagħha għal kull 20 minuti matul il-ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa matul il-ħinijiet l-aktar għoljin.
  • Rotta 322 bejn l-Imġarr u Marsalforn, li se żżid il-frekwenza tagħha għal 45 minuta fuq ġranet tal-ġimgħa u tmiem il-ġimgħa matul il-ħinijiet l-aktar li tintuża.
  • Rotta ta’ billejl N13 bejn il-Belt Valletta u San Ġiljan, li se żżid il-frekwenza tagħha nhar is-Sibt u l-Ħadd.

Il-prezzijiet għall-biljett matul ix-xhur tas-Sajf huwa ta’ 2 ewro dan filwaqt li dawk b’tal linja card ser ikomplu jibbenefikaw minn rati mnaqqsa.