Internazzjonali

Mill-futbol għal Sindku ta’ Verona

Sorpiza fl-elezzjonijiet amministrattivi li saru ilbieraħ fl-Italja, hekk kif l-ewwel riżultati qedgħin juru illi l-belt ta’ Verona se tibda titmexxa mill-eks futboler Damiano Tommasi.

Tommasi, rebbieħ tas-Serie A ma’ Roma fl-2001, kiseb l-akbar appoġġ fl-elezzjoni illi saret il-Ħadd u hu mistenni jkun is-Sindku l-ġdid ta’ Verona.

L-eks internazzjonali Taljan Damiano Tommasi kiseb madwar 40% tal-voti u issa se jirritorna f’din il-belt, mhux bħala plejer tal-Hellas Verona iżda bħala Sindku.

Apparti f’Verona saru ukoll elezzjonijiet f’Palermo, L’Aquila, Catanzaro, Parma u Genova.