Raġel mill-Fgura ngħata sentenza sospiża u ġie mmultat wara li ammetta li hedded u żamm bi vjolenti lill-uffiċjali tal-pulizija wara li s-Sibt filgħaxija tkeċċa barra minn club f’Paceville. Kevin Borg ta’ 42 sena tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Ian Farrugia, akkużat li hedded Spettur tal-pulizija u uffiċjali oħra fil-qadi ta’ dmirijiethom, attakkahom jew irreżistihom b’mod vjolenti, li naqas li jobdni l-ordnijiet leġittimi, li għamel ħsara fil-proprjetà tal-Kummissarju tal-Pulizija, li sar reċidiv, u li naqas li jobdi kundizzjonijiet imposti b’digriet tal-qorti, kif ukoll li wettaq reat matul il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża li kien ingħata fi Frar.
L-Ispettur Saviour Baldacchino spjega lill-Maġistrat Ian Farrugia li matul il-lejl bejn il-11 u t-12 ta’ Ġunju, kien hemm argument bejn żewġt irġiel ġewwa stabbiliment f’Paceville. L-irġiel kienu ġew tkeċċew barra mill-club minn bouncers, iżda l-ġlieda kompliet barra.
L-uffiċjali tal-pulizija li intervjenew kienu ġew attakkati mill-akkużat. Borg ammetta mill-ewwel l-akkuża miġjubin kontrih. Fis-sottomissjonijiet tagħha dwar il-piena, l-avukat ta’ Borg, Charmaine Cherrett, qalet lill-qorti li l-akkużat kien ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija.
L-Ispettur Baldacchino kkonferma dan u qal li skuża ruħu wkoll għal għemilu. Il-Qorti nnutat l-ammissjoni tal-ħtija tal-akkużat, kif ukoll il-kundanni preċedenti tiegħu u d-dikjarazzjoni tiegħu. Il-Maġistrat Farrugia ċaħdad l-akkużi li rreżista b’mod vjolenti l-arrest u li sar reċediv fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ provi, u sablir-raġel ħati tal-kumplament tal-akkużi miġjubin kontrih.
Borg kien immultat €900 u ngħata sentenza ta’ ħabs għal sena, sospiża għal 2. Il-maġistrat reġa’ beda wkoll l-arloġġ fuq is-sentenza sospiża preċedenti tiegħu, li kien irċieva fi Frar għal serq. Fuq talba tad-difiża, l-akkużat tħalla jħallas il-multa bin-nifs.
//= $special ?>