Fl-aħħar sigħat mietet persuna oħra waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19 biex it-total ta’ mwiet f’pajjiżna tela’ għal 728.
Matul l-aħħar erbat ijiem tilfu ħajjithom ħames persuni.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa nstabu 200 każ ġdid filwaqt li fiequ 98 persuna oħra biex b’hekk il-każi attivi hu dak ta’ 1,853.
Minkejja ż-żieda fil-vittmi u l-każi attivi f’dawn l-aħħar ġimgħat, il-Ministeru tas-Saħħa qed jibqa’ jaħbi informazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna.
//= $special ?>