Taljan ta’ 36 sena ġie mmultat €1,300 mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo wara li ammetta li nhar it-Tnejn filgħodu qabad titjira mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta meta ma kienx fil-pusses ta’ dokument validu biex isiefer. Dan minkejja li hu kien imwaqqaf milli jagħmel dan minn ‘ground hostess’.
Valerio Mignozzi li huwa minn Ruma ammetta li għall-ħabta tas-6.50am. tela’ fuq il-linja tal-ajru Ryanair meta kien imwissi li ma setax ma jitlax abbord. Meta l-‘air hostess’ illargat ftit wara wara t-twissija li hija tagħtu qabad jimxu mal-passiġġieri abbord u mar fuq seat li ma kienx abbinat miegħu, u dan biex f’każ ta’ ‘checking’ huwa ma jinstabx.
Madankollu meta l-‘air hostess’ ma ratux aktar telgħet fuq l-ajruplan u nfurmat lill-ekwipaġġ u dan tniżżel lura qabel ma kien se jħalli Malta. Huwa għaldaqstant ammetta talli mingħajr awtorità leġittima rikeb ajruplan mingħajr il-permess tal-operatur tiegħu.
L-Avukat Peter Fenech li flimkien mal-Avukat Elena Fenech deher għal Mignozzi qal li huwa ġie Malta b’dokment ta’ residenza Maltija mill-Italja u li dan tħalla jużah f’pajjiżu biex wasal Malta. Meta pprova jużah biex imur lura dan ma kienx aċċettat mill-awtoritajiet Maltin. Għaldaqstant it-Taljan ma setax jifhem kif b’dan id-dokument huwa seta’ jiġi Malta, imma ma setax imur lura bih.
L-Avukat Fenech qal li d-dokument li kellu mhux wieħed falsifikat u li huwa għamel perjodu anke jaħdem Malta, li iżda mhux validu biex wieħed ikun jista’ jużah biex joħroġ minn Malta. L-Avukat qal ukoll li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija u li saħansitra spiċċa għamel lejl fil-lock-up tal-Pulizija mingħajr problemi. Huwa talab lill-Qorti biex tmur fil-minimu tas-sentenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ multa, bil-prosekuzzjoni ma toġġezzjonax. Il-Prosekuzzjonu tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone.
//= $special ?>