Il-Qorti ħatret żewġ esperti tas-saħħa mentali biex jeżaminaw żewġ tfajliet li rrappurtaw li kienu abbużati sesswalment mis-sieħeb ta’ ommhom wara li l-Qorti ġiet infurmata li kienu kkuntattjaw lis-social workers biex jirtiraw dak kollu li huma kienu qalu. Wara li kienu qalu li ġew abbużati mis-sieħeb ta’ ommhom, issa huma rtiraw l-akkużi għax qalu li kienu ftehmu biex jeħilsu mill-akkużat għax kien wisq iddixxiplinat magħhom., u li dan kien l-unika mod kif setgħu jeħilsu minnu.
Dan irriżulta hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront tar-raġel Sirjan ta’ 40 sena quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, li fiha huwa akkużat li kkorrompa liż-żewġ tfajliet ta’ 12 u 15-il sena, li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ persuni taħt l-età u li ripetutament wettaq reati sesswali fuq persuni vulnerabbli.
Il-Qorti semgħet Social Worker tixhed kif l-investigazzjoni kienet bdiet wara li d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal kien irċieva telefonata anonima minn mara li qalet li bint ħabiba tagħha kienet fetħet qalbha ma’ bintha stess u qaltilha li kienet abbużata sesswalment minn missierha minn meta kellha 10 snin.
Social Workers imbagħad kienu żaru l-iskola tat-tifla u bagħtu għaż-żagħżugħa ta’ 15-il sena. Għalkemm fil-bidu ma kienitx ara bi kliemha, fejn lanqas riedet li tkellimhom, wara li saru ftit tal-mistoqsijiet, it-tifla kienet qalet li missierha kien qed jabbużaha sesswalment billi jmiss il-partijiet privati tagħha.
Ħaddiema soċjali mbagħad kienet ikkuntattjat lill-pulizija, li ċemplu lill-omm għall-interrogazzjoni. Omm it-tfal ripetutament qalet lill-pulizija li żewġha “mhux dik it-tip ta’ persuna” u li t-tfal kienu qed jigdbu. Jumejn wara li tressaq tar-raġel, is-social worker kienet irċeviet telefonata mingħand it-tfajla ta’ 15-il sena, li qaltilha li riedet tkellimha b’urġenza peress li dak kollu li kienet qaltilhom kien kollu gideb.
It-tfajliet xehdu permezz ta’ ‘video conference’, u qalu lill-Qorti li kienu għamlu allegazzjonijiet ta’ abbuż għax missierhom tar-rispett kien idejjaqhom għax kien wisq strett magħhom. It-tifla l-kbira qalet li kienu għamlu r-rapport falz għax ommhom kienet tiddedika wisq ħin għall-akkużat, fejn huwa kien jeċerżità dixxiplina stretta fejn saħansitra kien jitfi l-WiFi tad-dar tagħhom biex jirrestrinġi l-aċċess għall-internet tal-bniet bħala piena.
Hija qalet li kienet ħarġet bil-pjan flimkien ma’ oħtha ż-żgħira waqt li kellhom ‘free lesson’. Inizjalment oħtha ż-żgħira ma kinitx qed taqbel ħafna ma’ dan il-pjan iżda wara kienet qablet magħha wara li oħtha qaltilha li b’dan il-gideb dwar l-akkużat, jista’ jkun l-uniku mod tagħhom biex jeħilsu minnu, peress li ommhom qatt ma kienet se titilqu. Hija ddeċidiet li tgħid lil xi sħabha li kienet qed tiġi abbużata sesswalment peress li kienet taf li mill-inqas waħda minnhom kienet se tgħid lil xi adult.
It-tifla tenniet fil-Qorti li gidbet lis-social worker u lill-pulizija, fejn ammettiet li fil-fatt qatt ma kienet abbużata sesswalment mis-sieħem t’ommha. Hija spjegat li kienet iddeċidiet li titkellem f’dan il-punt għax “l-affarijiet kienu kibru wisq issa,” żiedet tgħid – li qatt ma ħsibt li azzjonijiet se jikkawżaw konsegwenzi serji daqshekk”.
Lanqas ma kienet taf b’xi abbuż sesswali li sar mill-akkużat fuq oħtha ż-żgħira, li għandha 13-il sena. It-tifla ż-żgħira xehdet ukoll permezz ta’ ‘video conference’, fejn qalet lill-qorti li kienet parteċipant fil-pjan ta’ oħtha mill-bidu nett, u żiedet li hija kienet talbet l-opinjoni ta’ żewġt iħbieb tagħha dwar din l-idea.
Sussegwentement iż-żagħżugħa ta’ 13-il sena kienet iddeċidiet li ssegwi l-pjan ta’ oħtha u tgħid lis-social worker u lill-pulizija li kienet ġiet abbużata sesswalment mill-parner ta’ ommha f’okkażjoni iżolata waħda. It-tfajla ta’ 15-il sena insistiet mal-Qorti li gidbet dwar missierha għax dejjem kienu qed jargumentaw dwar affarijiet insinifikanti, iżda li issa kienet qed tgħid il-verità.
Il-Qorti semgħet ukoll ix-xhieda tas-social worker, li rrapportat li rċeviet telefonata mingħand il-kbira miż-żewġ aħwa fuq il-mowbajl tax-xogħol tagħha. It-tifla kienet riedet tkellimha b’urġenza, u qaltilha li gidbet dwar missierha u issa riedet tikklerja kollox.
Is-social worker kienet bagħtet għall-bniet u infurmat immedjatament lill-Ispettur Joseph Busuttil, li qed imexxi dan il-każ. Fid-dawl ta’ dan il-‘u turn’, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ħatret żewġ esperti, psikologu u psikjatra, biex jeżaminaw liż-żewġt itfal, qabel ma jieħdu passi oħra. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukat Franco Debono u Marion Camilleri.
//= $special ?>