Sport Sport Ieħor

Għada se jsiru l-Enemed Futsal Awards

Għada fi stabbiliment f’San Ġiljan se jsiru l-Enemed Futsal Awards fejn fihom se jiġu ppremjati dawk il-plejers li spikkaw tul l-istaġun li għadu kemm għada. Se jkun hemm sitt kategoriji li huma dawn li ġejjin:

The Enemed Most Promising Young Futsal Player fejn fihom hemm nominati Nathan Cope ta’ Luxol, Dale Valletta tal-Universita’ ta’ Malta u Ryan Muscat ta’ Siġġiewi Futsal.

The Enemed Best Futsal Goalkeeper li se tiġi kkontestata minn Brandon Debono ta’ Siġġiewi FC, Stefan Vella u Clint Mifsud it-tnejn ta’ Luxol.

The Enemed Best Futsal Coach li fiha nsibu lil Gabriel Dobre ta’ Luxol, Nicola del Re tal-Universita’ ta’ Malta u Daniel Brincat ta’ Ta’ Xbiex.

The Enemed Futsal Maltese Player of the Year li fihom hemm nominati Marwan Telisi u Mark Zammit it-tnejn ta’ Luxol kif ukoll Luke Gatt ta’ Valletta Futsal.

The Enemed Futsal Player of the Year (Overall) li fihom insibu Celino Alves u Maicon Silva ta’ Luxol u Guillherme Fonseca tal-Universita’ ta’ Malta.

Fl-istess serata l-aqwa skorer tal-kampjonat se jiġi ppreżentat bit-trofew ukoll. Preżenti għal din is-serata se jkun hemm il-Ministru tal-Edukazzjoni u Sport l-Onorevoli Clifton Grima u s-shadow minister Graham Bencini.