F’Nyon, l-Iżvizzera telgħu il-poloz tal-Ewwel Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Uefa Champions League fejn pajjiżna kien irrapreżentat miċ-Champions Hibernians. It-tim ta’ Stefano Sanderra se jilgħab kontra Shamrock Rovers bl-ewwel leg se tkun qed tintlgħab fl-Irlanda bejn il-5 u s-6 ta’ Lulju li ġej.
Shamrock Rovers huwa l-aktar tim ta’ suċċess fl-Irlanda fejn rebaħ 19-il darba l-kampjonat u 25 darba t-tazza nazzjonali magħrufa bħala l-FAI Cup.
Il-logħbiet kollha huma dawn:
Pyunik (ARM) vs CFR Cluj (ROU)
Maribor (SVN) vs Shakhtyor Soligorsk (BLR)
Ludogorets Razgrad (BUL) vs Sutjeska Nikšić (MNE)
Diddeleng (LUX) vs Tirana (ALB)
Tobol (KAZ) vs Ferencváros (HUN)
Malmö (SWE) vs Rebbieħa tar-Rawnd Preliminari
Ballkani (KOS) vs Žalgiris (LIT)
HJK (FIN) vs RFS (LVA)
Bodø/Glimt (NOR) vs KÍ (FRO)
The New Saints (WAL) vs Linfield (NIR)
Shamrock Rovers (IRL) vs Hibernians (MLT)
Lech Poznań (POL) vs Qarabağ (AZE)
Shkupi (MKD) vs Lincoln Red Imps (GIB)
Zrinjski (BIH) vs Sheriff (MDA)
Slovan Bratislava (SVK) vs Dinamo Batumi (GEO)