Gowl fl-ewwel azzjoni tal-partita kien biżżejjed għal Costa Rica li mmexxija minn Luis Fernando Suarez biex b’rebħa minima fuq New Zealand għaddew għal fażi finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. Wara biss tlett minuti, kien JOEL CAMPBELL li għeleb lil Oliver Sail sabiex poġġa lil Costa Rica fil-vantaġġ. Reazzjoni minn New Zealand matul it-tieni taqsima li iżda mis-67 minuta kienu kostretti jilgħabu li plejer anqas wara li Mohammed Abdulla Hassan keċċa lil Kosta Barbarouses. Fil-bqija Costa Rica b’xi mod ikkontrollat il-partita u wisq aktar l-iskor minimu li kien biżżejjed għal post fil-fażi finali.
//= $special ?>