Lokali

Il-Kap tal-PN jiltaqa’ mal-ambaxxatur Iżraeljan

Il-PN ser jibqa’ jaħdem biex pajjiżna jkollu relazzjoni tajba ma’ pajjiżi oħra… inkluż ma’ pajjiżi li m’humiex parti mill-Unjoni Ewropea.

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt laqgħa li kellu mal-ambaxxatur Iżraeljan għal Malta Eyal Sela hekk kif fil-jiem li ġejjin se jkun qed jibda bil-ħidma l-ġdida tiegħu fl-Arġentina.

Waqt din il-laqgħa Bernard Grech kien akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali Veronica Perici Calascione.

Minn naħa tiegħu, Eyal Sela spjega li fl-aħħar impenji tiegħu f’Malta…kien importanti għalih li jagħmel din iż-żjara, filwaqt li tkellem dwar l-importanza li kellha l-lingwa Maltija ghalih.

Intant, matul il-jum l-ambaxxatur Iżraeljan iltaqa’ wkoll mad-Deputat Speaker David Agius.